L-istejjer ewlenin ta’ In-Nazzjon jittrattaw ir-reżenja tal-Prim Ministru tal-Pakistan minħabba l-Panama Papers u r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li jgħid li quddiem l-iskandlu f’Kastilja b’rabta wkoll mal-Panama Papers, Muscat ġabna agħar mill-Pakistan.
Aħbar oħra fl-ewwel paġna tiżvela kif f’Għawdex, Vitals qed titħallas eluf kbar għal sodod vojta. In-Nazzjon ukoll ikompli jsegwi l-investigazzjonijiet fil-Ministeru ta’ Għawdex b’rabta ma’ kuntratti mogħtija fi żmien l-eks -Ministru Anton Refalo. Intervista interessanti ppubblikata f’In-Nazzjon mad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li bħalissa qiegħed jirkupra fl-Isptar Mater Dei wara intervent mediku biex ta kilwa lil persuna li ma jafx.
Ikomplu wkoll iż-żewġ paġni fil-ġurnal b’rabta mal-elezzjoni għall-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-paġni tal-opinjonijiet jikteb il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa, Vytenis Andriukaitis dwar il-kundizzjoni tal-epatite. Hemm ukoll ir-riflessjonijiet ta’ Fr. Reno Muscat u Fr. Norbert Ellul Vincenti.
//= $special ?>