Tfajla u ġuvni ġarbu ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq iż-Żaghfran, Ħ’Attard.
Kien għall-ħabta tal-għaxra u nofs li l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku. Il-Pulizija mid-Distrett kif ukoll Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku marru minnufih fl-post, fejn irriżulta li għal kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Honda misjuq minn ġuvni ta’ 22 sena residenti Tal-Pieta’, li flimkien miegħu kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti Birżebbuġia.
Fil-post issejħu żewġt ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur u lit-tfalja l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, kemm il-ġuvni kif ukoll it-tfajla kienu ċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li orndat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>