Internazzjonali

Tkompli l-firxa tal-kolera fil-Yemen

Ritratt: Nazzjonijiet Uniti
Il-ġuħ u l-gwerra ma jgħinux f'din it-taqbida kontra din il-marda

In-Nazzjonijiet Uniti issa wissiet li l-Yemen qed jiffaċċja l-agħar kriżi tal-marda tal-kolera, fejn sal-aħħar tas-sena mistenni jkun hemm mas-600,000 każ.

L-esperti tan-Nazzjonijiet Maqgħuda jsostnu li din hija l-agħar firxa ta’ kolera fid-dinja, fejn fi tliet xhur fil-Yemen biss, kien hemm iktar każijiet ġodda ta’ din il-marda milli jkun hemm f’sena sħiħa f’kull pajjiż ieħor tad-dinja.

Madwar 19-il miljun persuna mill-popolazzjoni ta’ 28 miljun fil-Yemen għandhom bżonn għajnuna umanitarja.

Il-gwerra fil-Yemen bdiet fl-2015 bejn forzi tal-Gvern li għandhom l-appoġġ tal-Għarabja Sawdija, u r-ribelli tal-Houthi.

Tags