Xufier qed isofri ġrieħi ħfief wara li kien involut f’ħabta fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ fi Triq Notabile għall-ħabta tan-12.30pm fejn xufier ta’ 28 sena residenti Birkirkara ħabat mal-akwadott.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li x-xufier baqa’ dieħel fl-akwadott wara li tilef il-kontroll wara li ħaseb li karozza kienet se tibqa’ ħierġa mill-ġenb.
Huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn grieħi ħfief.
//= $special ?>