Wara d-doppjetta tal-Mercedes f’Silverstone, kien imiss lil Ferrari li jiksbu l-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix tal-Ungerija, b’Sebastian Vettel itemm fuq quddiem segwit minn Kimi Raikkonen. Valtteri Bottas temm fit-tielet post segwit minn Lewis Hamilton ukoll tal-Mercedes li ċeda t-tielet post fl-aħħar fuq ordni tat-tim.
Il-koppja tal-Ferrari kienu fuq quddiem matul it-tiġrija iżda Sebastian Vettel kellu problema fil-karozza, b’Kimi Raikkonen jaġixxi warajh biex jieħu r-rebħa importanti filwaqt li jħalli ‘l bogħod lil Hamilton.
Fil-klassifika ġenerali, Sebastian Vettel għadu fil-quċċata u jinsab b’202 punti segwit minn Lewis Hamilton b’188 punt u Valtteri Bottas b’179 punt.
//= $special ?>