Elezzjoni Kap PN Lokali

FILMAT: “Il-PN irid jingħaqad biex jirbaħ” – Chris Said

Bħala Kap tal-PN, lanqas għal sekonda waħda ma nreġġa’ l-arloġġ lura. Fejn hemm bżonn nibdlu r-rotta nibdluha. Jinteressani mill-futur. Flimkien nissaħħu u ħames snin oħra nirbħu. Iżda biex nagħmlu hekk irridu naħdmu flimkien u ningħaqdu.

Danq alu l-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said f’kummenti lill-media.

Chris Said qal li jiddispjaċih li jara kummenti dispreġjattivi fil-konfront tal-kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, u żied li min iħobb u jrid il-ġid tal-Partit m’għandux jirrikorri għal lingwaġġ diviżiv.

“Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn l-għajnuna u s-sehem ta’ kull min hu ta’ rieda tajba”, żied Chris Said.

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-esperjenza tiegħu fil-politika u fil-Partit Nazzjonalista tgħinu biex jgħaqqad flimkien lill-Partit f’dan il-mument diffiċli.

Intant, ma’ NET News tkellem Antoine Vella dwar il-proposta ta’ Chris Said li bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista jdaħħal mill-ġdid is-sistema ta’ street leaders. Il-proposta ta’ street leaders hija waħda mill-proposti li ressaq Chris Said fl-aħħar jiem. Ara l-kumment ta’ Antoine Vella hawn taħt.