Elezzjoni Kap PN Lokali

FILMAT: “Irridu nirsistu biex ningħaqdu” – Frank Portelli

Frank Portelli jgħid li hemm bżonn li l-PN jerġa' jsir rebbieħ

“Il-Partit Nazzjonalista jinsab f’salib it-toroq, u issa rridu nirsistu biex ningħaqdu”.

Qal dan il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli f’filmat li xxandar fuq Facebook.

“Jien se nagħmel minn kollox biex nipprova ngħaqqad dan il-Partit, partit kbri. U nerġa’ nagħmlu partit rebbieħ bħal ma kien fis-snin 80, fl-1981, fl-1987, fl-1992, fl-1998, fl-2003 u fl-2008 – l-aħħar darba li rnexxielna nġibu l-maġġoranza. U nistgħu nerġgħu nagħmluha. Però rridu ningħaqdu u jrid ikollna min imexxi b’mod sod u b’esperjenza”, qal Frank Portelli.

Frank Portelli qal li wara l-aħħar żewġ telfiet elettorali, issa jeħtieġ li l-membri tal-Partit jirsistu biex jingħaqdu għax partit maqsum ma jista’ qatt jirbaħ l-elezzjoni.