Il-gazzetta il-mument żvelat kif tnejn mill-Fizzjali tal-Korp tal-Pulizija li b’xi mod huma involuti fl-investigazzjoni koordinata mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant u l-bank Pilatus, ftaħru f’aktar minn okkażjoni waħda li l-Maġistrat żgur li mhu se jsib xejn konkret dwar dan il-każ.
Dan għaliex il-provi telqu mal-bagalji meta fis-satra tal-lejl inħarġu mill-bank Pilatus u ftit sigħat wara ttajjru lil hinn minn pajjiżna.
Il-mument qalet li sorsi li tkellmu magħha fissru kif huma xxukkjati għall-aħħar u perplessi kif tnejn mill-kollegi tagħhom aġevolati mill-Gvern preżenti, ftaħru għal darba darbtejn li l-Maġistrat Aaron Bugeja mhu se jsib l-ebda prova fl-investigazzjoni li qed jagħmel.
Ir-rapport ta’ il-mument iżid jgħid li wieħed mill-Fizzjali, li għadu kemm ingħata promozzjoni għat-tmexxija tal-Korp, ftaħar dwar dan dil-kurituri tal-Qorti meta qal li l-Maġistrat żgur li mhu se jsib l-ebda prova għaliex il-provi tneħħew f’dak il-lejl ta’ April li għadda meta ċ-Chairman tal-bank Pilatus Ali Sadr ħareġ b’bagalji mimlija dokumenti li għebu darba għal dejjem f’titjira misterjuża lejn l-Ażerbajġan billejl.
Minkejja appelli ripetuti lill-Prim Ministru Joseph Muscat u anke lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar biex jinvestiga minnufih dak il-bank billi jagħlqu u jissiġillah, dan ma kienx sar. Għall-ewwel, il-Prim Ministru kien għalkollox kontra li ssir tali investigazzjoni, filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija kien ipprefera jmur jiekol il-fenek u ħalla kollox għaddej qisu xejn mhu xejn.
//= $special ?>