Lokali

Organizzat il-barbecue annwali tal-PN

Bħal kull sena s-Sibt filgħaxija kien organizzat il-BBQ annwali tal-Partit Nazzjonalista.

Għal dan il-BBQ attendew għalih fost ohrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Chris Said.

F’diskors tal-okkażjoni Simon Busuttil rringrazzja lil dawk kollha preżenti għas-sostenn. Hu appella wkoll dwar l-importanza għall-ghaqda fil-Partit, b’mod speċjali f’mument fejn qed issir kampanja għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista.