Mara ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża kienet ikkundannata għal sitt xhur ħabs, sospiżi għal sentejn wara li ammettiet li ħebbet għal pulizija mara u kkaġunatilha ġrieħi ħfief.
Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, Janine Voigt ta’ 38 sena ammettiet li rreżistiet l-arrest matul il-lejl li għadda f’post tad-divertiment f’Paceville. Jidher li l-inċident beda meta l-akkużata irreaġixxiet b’mod vjolenti wara li l-pulizija qabduha tpejjep ġewwa bar.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża, il-mara kellha tħallas multa ta’ €4,000.
L-Ispettur Matthew Spagnol mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Yanika Bugeja assistiet li Voigt.
//= $special ?>