Il-Pulizija ta’ kontra t-terrorżmu fl-Awstrajla rnexxielha twaqqaf attakk terroristiku b’ajruplan.
Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull ħabbar dan meta qal li b’kollox kienu arrestati mal-erba’ persuni f’Sydney b’rabta ma’ pjan biex jiġġarraf ajruplan f’attakk terroristiku.
Skont il-media Awstraljana, l-arresti saru wara rejds fl-inħawi ta’ Surry Hills, Lakemba, Wiley Park and Punchbowl.
Investigaturi fil-pajjiż issekwestraw materjal li aktarx kien se jintuża biex jinħoloq splussiv fuq l-ajruplan.
//= $special ?>

