Lokali Mużika

Suċċess għal Unite Tomorrowland f’Malta

Suċċess għal Unite Tomorrowland li lbieraħ kien organizzat f’Malta għall-ewwel darba. Festival li sar fil-Marsa Sports Club u li attira eluf ta’ żgħażagħ Maltin kif ukoll turisti. Unit Tomorrowland f’Malta ngħaqad live permezz ta’ satellita ma’ Tomorrowland fil-Belġju.

Saru numru ta’ festivals oħra bit-tema ta’ Unite Tomorrowland fl-Ewropa, fosthom dak f’Barċellona fi Spanja li sfortunatament spiċċa waqaf ħesrem wara li l-palk prinċipali ħa n-nar. Fortunatament 22,000 persuna kienu evakwati u ħadd ma’ weġġa’.

Ritratti: Facebook (Aria People)