Lokali

AĠĠORNATA: Mara tweġġa’ serjament wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular fil-Mellieħa

Mara ta’ 42 sena mill-Imġarr weġġgħet serjament wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular fi blokka appartamenti li għadha qed tinbena fil-By-Pass tal-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm, fejn mill-ewwel informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li l-mara kienet qed tagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fil-blokka qabel ma waqgħet mill-għoli.

L-ewwel rapporti qalu li l-mara setgħet tilfet ħajjitha fil-post.

Madankollu, aktar tard irriżulta li fortunatament dan ma kienx il-każ, hekk kif hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti serji.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.