Lokali

FILMAT: Tirritorna f’Birżebbuġa l-vara titulari ta’ San Pietru

Wara sena ta’ stennija ilbieraħ f’Birżebbuġa, imdawwar b’numru ta’ laneċ tas-sajd u dgħajjes oħrajn, irritornat il-vara titulari ta’ San Pietru wara proċess twil ta’ restawr.

Ix-xogħol ta’ restawr sar mill-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi.

Din il-vara waslet f’Birżebbuġa fis-sena 1959. Xogħol l-iskultur minn Bolzano fl-Italja, Ferdinando Stufflesser. Disinn li kien jixbaħ l-istatwa ta’ San Pietru li tinsab fil-Knisja ta’ San Giovanni Laterano f’Ruma.

Din is-sena qed ikun ukoll iċċelebrat l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl u San Pietru u għalhekk f’Birzebbugia qed isiru celebrazzjonijiet specjali.

Li l-istatwa tinġieb fuq il-baħar hi tradizzjonali annwali f’Birżebbuġa, iżda minflok il-vara titulari iż-żewġ każini rispettivi jużaw l-vara ta’ San Pietru li jużaw fid-dimostrazzjonijiet tagħhom.