Lokali

Friegħ tal-qtates abbandunati f’borża tal-plastik

Fil-grupp fuq Facebook Siggiewi – Citta’ Ferdinand intefa’ ritratt ta’ żewġ qtates friegħ li ġew misjuba ġo borża tal-plastik ġewwa għalqa fil-lokalità.

Il-qtates instabu minn persuna li mill-ewwel fetħet il-borża tal-plastik u għamlet rapport meta dawn il-qtates kienu qed ibagħtu biex jieħdu n-nifs, hi infatti għamlet kuntatt mal-ħaddiema tal-Animal Welfare.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija bl-għan li jinstab min wettaq dan l-att.