“Jien ma nemminx li f’demokrazija, partit għandu jirbaħ b’ħafna voti, hu liem hu l-partit. Għaliex il-poter malajr jitlalu għal rasu lill-bniedem. Bħalissa għandna Gvern b’poter assolut – u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm Oppożizzjoni b’saħħitha, u Kap li kapaċi jmexxi” – kliem il-kandidat għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli.
F’kumment, Frank Portelli spjega kif fil-preżent hemm bżonn li f’Malta jkun hawn Oppożizzjoni b’saħħitha u li kapaċi tikkumbatti l-abbużi li qegħdin isiru.
Fil-messaġġ tiegħu, Frank Portelli stqarr li hemm bżonn tmexxija li kapaċi tieqaf u tikkumbatti kontra l-abbużi li qegħdin isiru mill-Gvern ta’ Joseph Muscat. Frank Portelli saħaq li issa hemm bżonn ta’ tmexxija b’saħħitha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>