Manchester United ħabbru uffiċjalment li akkwistaw lil Nemanja Matic mingħand Chelsea fuq kuntratt ta’ tliet snin bl-għażla li jġedded il-kuntratt. L-internazzjonali Serb ta’ 28 sena rebaħ diversi unuri individwali kif ukoll titli fil-Portugall u l-Ingilterra.
“Nemanja hu plejer ta’ Manchester United u plejer ta’ Josè Mourinho. Hu jirrappreżenta dak kollox li rrid fi plejer ta’ futbol; il-lealtà, il-konsistenza, l-ambizzjoni u li jaħdem għat-tim. Nixtieq nirrigrazzjah tax-xewqa li jingħaqad magħna għaliex kieku kienet tkun impossibbli li jkun magħna. Ninsab ċert li se jkun maħbub mal-plejers u l-partitarji. Merħba kbira lin-numru 31 tagħna,” qal Josè Mourinho.
Matic qal li jinsab kuntent li ngħaqad ma’ Manchester United u sostna li jaħdem ma’ Josè Mourinho darba oħra kienet opportunità li ma setax jirrifjuta. Hu rringrazzja lil Chelsea u l-partitarji tas-sapport tagħhom fiż-żmien li għamel mal-klabb.
Hu qal ukoll li jinsab ħerqan li jingħaqad ma’ sħabu l-ġodda u jibda jitħarreġ magħhom. Matic ikkonkluda jgħid li għalih hu żmien eċċitanti u jinsab lest li jagħti s-sehem tiegħu biex ikompli jikteb l-istorja tal-klabb.
//= $special ?>