Ekonomija Lokali

MCESD bl-ewwel laqgħa f’din il-leġislatura

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ltaqa’ għal-ewwel darba f’din il-leġsilatura l-ġdida. F’din l-ewwel laqgħa li ġiet mtella’ fil-binja tal-Universita fil-Belt Valletta, għaliha attendew diversi rappreżentanti ta’ imsieħba soċjali u istituzzjonijiet.

F’din l-ewwel laqgħa tal-MCESD, il-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna stqarr li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiġi ppublikat il-pre budget document, fejn dawk preżenti se jkollhom l-opportunita’ li jixtarru dan id-dokument. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna ta’ rendikont tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna, u kif ukoll il-miri li ġew ippjanati.

Fl-istess laqgħa tal-MCESD ipparteċipaw ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli, u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia.