Lokali

In-Nazzjon 31.07.2017

Intervista ma’ żagħżugħ li ssawwat u qala’ xebgħa mill-Pulizija tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon. Joe Mikallef intervista liż-żagħżugħ li bid-dmugħ f’għajnejh iddeskriva dak li għadda minnu waqt li jappella lill-Pulizija biex mhux isawtu iżda jgħinu lil min ikollu bżonn l-għajnuna minħabba problemi soċjali.

Fil-paġna ta’ quddiem, In-Nazzjon jagħti prominenza wkoll ir-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għall-aħħar żviluppi li qed iseħħu b’rabta mal-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers.

In-Nazzjon ikompli jippubblika żewġ paġni kuljum bl-aħħar aħbarijiet mill-kampanji tal-kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Bħal kull nhar ta’ Tnejn, In-Nazzjon jippubblika intervista ma’ Oliver Friggieri li jkompli janalizza s-soċjetà Maltija u l-isfidi li għaddejja minnhom.