Sitt persuni, fosthom erba’ anzjani, weġġgħu wara li l-vann li kienu fih kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq il-President Anton Buttigieg.
Minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li għal xi raġuni, il-vann żviluppawlu xi ħsarat, bix-xufier ta’ 66 sena minn Ħal Qormi ma setax jikkontrolla l-vettura. Il-vann baqa’ dieħel f’ħajt, bil-konsegwenza li qala’ ammont ta’ knatan minn posthom.
Filwaqt li x-xufier ma sofra l-ebda feriti, is-sitt persuni li weġġgħu kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-anzjani għandhom bejn 72 u 90 sena.
Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

