Fi tmiem il-ġimgħa, iż-żewġ sewwieqa Maltin Rodren Vella u Bernard Galea kienu impenjati f’rawnd ieħor tal-kampjonat magħruf bħala 750mc Roadsports Class C. Vella u Galea spiċċaw fl-ewwel post f’tellieqa li saret fiċ-ċirkwit ta’ Caldwell Park, ċirkwit li hu magħruf mad-dilettanti u s-sewwieqa bħala minjatura taċ-ċirkwit ta’ Nurgburgring fil-Ġermanja.
Rodren Vella u Bernard Galea saqu l-Honda Civic f’tellieqa li hi meqjusa bħala mini-endurance għal karozzi tat-triq iżda fl-istess ħin tagħti l-liberta lit-timijiet għal numru ta’ modifikazzjonijiet. Kull tellieqa tkun twila ftit aktar minn 45 minuta u t-tim għandu l-opportunità li jbiddel is-sewwieq jew il-karozza wara 25 minuta. Iż-żewġ sewwieqa għandhom karozza u wara 25 minuta jinbidel is-sewwieq. Fir-rawnd li jmiss, iż-żewġ se jsuqu fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone.
//= $special ?>