Elezzjoni Kap PN Lokali

Aktar programmi politiċi fuq Net TV u Radio 101

Segwi l-intervista ta' Chris Said fil-programm Net Live

“Hemm bżonn illi fuq Net Television u Radio 101 ikollna aktar programmi ta’ diskussjoni u programmi politiċi sabiex inżidu l-udejnzi tagħna”. Hekk stqarr Chris Said, kandidat fl-elezzjoni għal Kap tal-PN, meta lbieraħ kien intervistat fuq Net TV.

Waqt il-programm Net Live, Chris Said tkellem ukoll dwar il-kuntatt kontinwu li qed ikollu man-nies f’dawn il-ġranet, u l-laqgħat kontinwi li qed isiru fil-każini tal-PN.