Bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista nara li jkun hemm aktar programmi politiċi fuq NET u Radio 101, filwaqt li fuq Radio 101 ikun hemm aktar spazju għal telefonati mis-semmiegħa. Irrid midja aktar effettiva, b’saħħitha u li twassal b’mod tajjeb il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista. Dan qalu il-kandidat għal Kap tal-PN Chris Said meta t-Tnejn filgħaxija kien il-mistieden ta’ Robert Cremona waqt NET live.
Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega kif hu għandu fiduċja fit-tmexxija ta’ MediaLink, il-ġurnalisti u l-ħaddiema kollha. Issa rridu nagħmlu pass ieħor ‘il quddiem biex i-midja tagħna tkabbar l-udjenzi u tilħaq aktar nies, qal Chris Said.
Il-kandidat għal Kap tal-PN qal li l-esperjenza twila tiegħu fil-politika tgħin lill-Partit Nazzjonalista biex minflok joqgħod jesperimenta jmur mill-ewwel għad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-midja tal-Partit tibda tissaħħaħ fi żmien qasir.
Chris Said spjega kif bħala Kap tal-PN jara li jkun hemm investiment fil-mezzi online minn fejn illum ħafna nies jieħdu l-aħbar. Dan fl-istess waqt li ninvestu aktar fil-gazzetti, In-Nazzjon u l-Mument fejn dawn isiru aktar investigattivi.
Ilum il-Labour għandu l-midja tiegħu u forċina mill-PBS. Il-PN għandhu biss il-midja tiegħu u din irridu ninvestu fiha b’saħħitna kollha qal il-kandidat għal Kap tal-PN Chris Said.
//= $special ?>