Internazzjonali

Arrestati kapijiet tal-Oppożizzjoni fil-Veneżwela

Żewġ kapijiet ewlenin tal-Oppożizzjoni fil-Veneżwela spiċċaw mill-ġdid taħt arrest, fost rapporti li huma qed jinżammu f’postijiet sigrieta.

Il-kapijiet, Leopoldo Lopez u Antonio Ledezma, qabel, kienu damu żmien twil miċħudin mil-libertà u s-servizzi sigrieti tal-Veneżwela, issa, arrestawhom mil-ġdid jumejn biss wara l-vot kontroversjali għall-Assemblea Kostitizzjonali ta’ Caracas li qanqlet aktar vjolenza fit-toroq, u fejn tilfu ħajjithom talanqas għaxar persuni.

Il-President tal-Veneżwela, Nicolas Maduro qed jinsisti li l-bidliet fil-Kostituzzjoni għandhom ikattru l-paċi u d-djalogu fil-Veneżwela, iżda l-Oppożizzjoni akkużatu b’li qed jipprova jikteb mill-ġdid il-Kostituzzjoni bil-ħsieb li jżid il-poter.

Il-vot għall-Assemblea Kostituzzjonali f’Caracas kien ikkundannat minn diversi Mexxejja fl-Amerika Latina u  mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.