Lokali

Bejn April u Ġunju l-vetturi fit-toroq żdiedu b’medja ta’ 43 karozza ġdida kuljum

F’sena l-vetturi l-ġodda żdiedu bi ftit inqas minn 13,000

Il-vetturi fil-Gżejjer Maltin komplew jiżdiedu. Rapport maħruġ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li ġiet rreġistrata żieda ta’ 1.1% fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju meta ċifri ġew kkumparati mat-3 xhur ta’ qabel. Dan ifisser li l-vetturi rreġistrati żdiedu b’medja ta’ 43 waħda kuljum.  Kif ukoll, meta l-ammonti ġew kkumparati mal-istess perjodu tal-2016 ġiet innotata żieda ta’ 12,812 vettura ġdida fit-toroq ta’ pajjiżna.

Skont l-istatistika provduta, fost –il 365,483 vetturi rreġistrati, 78.6% huma karozzi tal-passiġġieri, 13.5% huma vetturi tax-xogħol filwaqt li 6.7% huma muturi. Dan filwaqt li l-minibuses u l-karozzi tal-linja huma inqas minn 1%.

Sax-xahar ta’ Ġunju, 60.5% tal-vetturi rreġistrati kellhom magna petrol filwaqt li 38.8% mill-vetturi l-oħra kienu jaħdmu permezz ta’ magna diesel.