Ir-referee internazzjonali Clayton Pisani ntgħażel mill-UEFA biex għada fil-5.00pm ħin ta’ Malta, jikkontrolla l-logħba tat-tieni leg mit-tielet rawnd tal-UEFA Europa League bejn it-tim mill-Maċedonja KF Shkendija u FK Trakai tal-Litwanja, logħba li se tintlagħab fi Strumica, il-Maċedonja.
L-assistenti referees ta’ Pisani se jkunu l-internazzjonali Alan Camilleri u Edward Spiteri, filwaqt li l-Elite referee Glen Tonna se jkun ir-raba’ uffiċjal. Ir-referee observer tal-UEFA se jkun l-Ungeriż Ferenc Szekely.
//= $special ?>