Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jidher quddiem il-qorti

Cristiano Ronaldo qed jiġi akkużat li evada t-taxxa

Il-plejer internazzjoni Portugiz u ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo deher quddiem qorti Spanjola fil-belt ta’ Pozuielo de Alarcon f’Madrid. Hu qed ikun akkużat b’evażjoni ta’ miljuni ta’ ewro f’taxxa u li fetaħ kumpaniji fil-British Virgin Islands u l-Irlanda.

Il-prosekuturi allegaw li Ronaldo, li huwa l-aktar plejer tal-futbol  imħallas, u bl-akbar dħul kummerċjali bejn l-2011 u l-2014, iddikjara €11.5 miljun flok €43 miljun, kif ukoll naqas li jiddikjara €28.4 miljun bejn l-2015 u l-2020 li huma dħul mid-drittijiet kummerċjali tal-immaġini.

Cristiano Ronaldo ċaħad dawn l-allegazzjonjiet fejn tenna li hu qatt ma evada taxxa jew b’xi mod qarraq bl-awtoritajiet. Ronaldo ta’ 32 sena hu wieħed mill-bosta plejers li qed jiġu investigati mill-awtoritajiet tat-taxxa Spanjola fosthom Lionel Messi.

F’kaz li jinstab ħati, jista’ jeħel multa ta’ €28 miljun liema akkużi jġorru magħhom ukoll sa tliet snin u nofs priġunerija.