Il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone ta ħjiel li l-attakkant ta’ Chelsea, Diego Costa, jista’ jirritorna mal-klabb.
L-internazzjonali Spanjol ilu li ġie nfurmat mill-manager ta’ Chelsea Antonio Conte li mhux parti mill-pjanijiet tiegħu għal dan l-istaġun, bil-plejer ta’ 28 sena qed jissemma wkoll li jista’ jingħaqad ma’ Milan.
It-tim ta’ Simeone bħalissa għandu sospensjoni ta’ trasferimenti sa Jannar, iżda meta kien qed jitkellem f’konferenza stampa qabel il-bidu tal-Audi Cup fil-Ġermanja, il-kowċ ta’ Atletico Madrid għamel referenza għal possibbiltà ta’ trasferiment ta’ Costa fis-sena l-ġdida qabel ma deher jirtira ftit ftit kliemu.
“Il-plejers kollha jridu jibqgħu, iridu jiksbu aktar riżultati u jitjiebu. Diego Costa? Jekk jiġi f’Jannar…. ma nistgħu ngħidu xejn għalissa. Mhux se nitkellem fuqu għalissa. Hu plejer ta’ Chelsea. Bħalissa nitkellmu fuq il-plejers li qegħdin hawn, għaliex għandna l-bidu tal-kampjonat u dak hu importanti.
Costa kien ħalla lil Atletico f’Lulju tal-2014 biex ingħaqad ma’ Chelsea wara li l-Blues ħallsu l-klawsola li kellu ta’ €35 miljun. Ma’ Chelsea, Diego Costa skorjaw 52 gowl f’89 logħba fil-Premier League.
//= $special ?>