Atletika Sport

Ir-Russja tibqa’ sospiża mill-IAAF

L-ebda atleta mhu se jitħalla jikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika taħt il-bandiera Russa

Ir-Russja se tibqa’ barra mill-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-atletika li jaqgħu taħt il-Federazzjoni Internazzjonali tal-atletika. Dan wara li tħabbar uffiċjalment li wara t-terrimot li nqala’ sena ilu marbut mad-doping fir-Russja, l-istess Russja ftit għamlet progress biex din il-problema tittaffa.

Madankollu atleti Russi li qatt ma kienu pożittivi għad-doping se jitħallew jikkompetu fuq bażi individwali fil-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika li waslu biex jibdew f’Londra.

Dan tħabbar uffiċjalment mill-President tal-Federazzjoni internazzjonali tal-atletika Sebastian Coe f’Londra. Is-sena li għaddiet fir-Russja saru xejn anqas minn 19,000 test fuq atleti. Fil-Kampjonati tad-Dinja f’Londra se jkun hemm 19 il-atleta Russu li se jikkompetu fuq bażi individwali u mhux jirrappreżentaw lil pajjiżhom.