Lokali

Karozza tinstaq għal fuq bankina ppakjata bin-nies f’Tal-Ibraġġ

It-Tnejn filgħaxija Tal-Ibraġġ inħakem minn tensjoni u paniku kbir wara li raġel saq il-karozza għal fuq bankina li kienet ippakjata bl-imwejjed quddiem ir-ristorant Vago.

Persuni li kienu fuq il-post qalu li f’daqqa waħda nstema ħoss qawwi u persuni oħra qalulna li raw karozza tinstaq għal fuq il-bankina, u wara tinstaq b’lura konsegwenza li laqtet diversi karozzi oħra li kienu pparkjati.

Jirriżulta li s-sewwieq ipprova jaħrab, iżda kien miżmum minn persuni li kienu preżenti kif ukoll minn Pulizija li waslu fuq il-post.

Jidher l-pjanti li jidhru mkisrin u li hemm fuq il-bankina kienu r-raġuni biex fortunatament l-inċident ma kellux konsegwenzi ferm aktar gravi.

Ritratti: Facebook