Elezzjoni Kap PN Lokali

Ma naqbilx mal-mod kif Muscat qed jipproponi l-liġi tad-dekriminalizazzjoni tad-droga – Frank Portelli

“Ma rridx li t-tfal tiegħi ikollhom sogru f’ħajjithom minħabba l-liġi li jrid jgħaddi l-Prim Ministru Joseph Muscat dwar id-dekriminalizazzjoni tad-droga.”

Qal dan il-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli f’kumment li għadda lill-mezzi tax-xandir. Hu qal li ma jaqbilx li d-droga tkun dekriminalizzata għal skop ta’ rikreazzjoni. Dan għaliex il-gost ta’ dak it-tip jaf iwassal għal riperkussjonijiet aktar serji. Hu qal li l-mod kif irid jgħaddi l-liġi tad-dekriminalizazzjoni tad-droga, Joseph Muscat, mhux se tkun biss għal skop ta’ mediċina imma anke biex wieħed jagħmel użu minnha għal skop ta’ divertiment. Għalhekk Frank Portelli sostna li ma jaqbilx ma’ din il-liġi jekk tgħaddi.

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli temm il-kumment tiegħu b’appell lill-Joseph Muscat biex ma jismax biss mill-erbat imħuħ ta’ madwaru imma jisma’ wkoll minn dak li jaħseb il-poplu inkluż hu, Frank Portelli, bħala ċittadin. Kien hawn fejn appella lil Muscat biex kliem ix-xiħ iżomm fih.