AĠĠORNATA: Min kmieni dalgħodu mar jixtri l-gass mingħand id-distributuri lokali sab li mil-lum l-1 ta’ Awwissu żdied b’mod drastiku l-prezz tal-gass. Dan għaliex il-gvern żamm kollox sigriet.
Fil-fatt NET News jista’ jiżvela li minn dalgħodu ċilindru tal-gass ta’ 12-il kilogramma żdied b’ewro. Ċilindru ta’ 15-il kilogramma żdied b’€1.35ċ u ċ-ċilindru magħruf bħala tal-catering żdied b’€2.20ċ.
Persuni li għamlu kuntatt ma’ NET News qalulna dalgħodu nħasdu hekk kif marru għand id-distirbutur u skoprew li l-prezz żdied mingħajr ebda avviż. Persuni qalulna wkoll li anke d-distributuri dehru skomdi jagħtu din l-aħbar lill-konsumatur.
//= $special ?>