NETnews.com.mt ikompli jikseb aktar suċċessi, dan wara li fl-aħħar ħin qabeż il-100,000 like fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ NET News.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, NET News, permezz tal-ħidma kollettiva u bla waqfien fi ħdan il-kamra tal-aħbarijiet, ħadem fuq diversi stejjer; kemm dawk ta’ politika, kronaka, stejjer esklussivi, aħbarijiet sportivi u dawk internazzjonali u anki stejjer umani. NET News kien tal-ewwel f’diversi stejjer, kemm dawk politiċi kif ukoll dawk ta’ kronaka.
Id-dehra l-ġdida ta’ NETnews.com.mt qed tgħin biex il-website tal-aħbarijiet tkompli żżid fil-popolarita’.
NETnews fil-fatt diġa kiseb riżultati pożittivi u jinsab fil-lista tal-aktar websites popolari Maltin.
Il-Kamra tal-aħbarijiet ta’ NETnews tinsab impenjata biex kif għamlet matul il-ġimgħat u s-snin li għaddew, tkompli twassal servizz ta’ kwalita’ kemm fuq Net Television, Radio 101, il-gazzetti n-Nazzjon u il-mument kif ukoll il-website NETnews.com.mt.
NETnews jirringrazzja lil dawk li jsegwu l-aħbarijiet tagħna.
//= $special ?>