L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Eleanor Sharpston ġiet deskritta mill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) bħala waħda “inġusta, diskriminatorja u żbaljata”. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Raymond Cordina, membru fil-kunsill tal-FKNK li jirrappreżenta madwar 5,000 nassab membru qal li l-opinjoni hi waħda fattwalment żbaljata.
Hu semma kif l-opinjoni ssemmi bag limit ta’ 40,000 għasfur tal-għana maħduma fuq limitu ta’ 10 għasafar bejn 4,000 nassab. filwaqt li njorat il-bag limit nazzjonali ta’ 27,000 għasfur li jekk tintlaħaq, jingħalaq l-istaġun.
Cordina qal li dawn id-dikjarazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali, kienu meħuda kważi kelma b’kelma, bil-kalkoli żbaljati b’kollox, mid-dikjarazzjonijiet li jagħmlu ta’ sikwit Birdlife Malta.
Raymond Cordina kompla li din l-opinjoni hi waħda diskriminatorja għaliex f’diversi pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea fejn l-insib huwa permess legalment u fejn jinqabdu u jinżammu ħajjin l-istess speċi tal-għasafar tal-għana li jinqabdu min-nassaba Maltin.
Il-Federazzjoni għandha fiduċja fl-għerf tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li dejjem sabet bilanċ bejn il-konservazzjoni u t-tradizzjonijiet soċjo-kulturali.
//= $special ?>