Lokali Qorti

Talba għal ħelsien minħabba kundizzjoni medika fil-kliewi

Priġunier li qed jiskonta sentenza ta’ ħabs talab għal ħelsien mill-arrest minħabba kundizzjoni medika li mhux qed tingħata l-attenzjoni mill-awtoritajiet tal-ħabs.

Christopher Bartolo ta’ 36 sena mill-Fontana, Għawdex qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs u mmultat €15,000 wara li ammetta l-akkużi ta’ traffikar ta’ kilo u nofs droga kannabis f’April li għadda.

Bartolo għandu kundizzjoni medika fil-kliewi li jkollu bżonn dialysis fuq bażi regolari fl-Isptar Mater Dei.

Christopher Bartolo ressaq rikors għall-ħelsien mill-arrest wara li iktar kmieni din il-ġimgħa, ressaq protest ġudizzjarju jilmenta li mhux qed jingħata t-trattament mediku meħtieġ.

Ir-rikors kien iffirmat mill-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Yanika Vidal.