Lokali

Tniġġis taż-żejt fil-Port Ħieles; is-sitwazzjoni kontrollata

Ritratt: Arkivji
Il-bajjiet tal-madwar ma ġewx affetwati

Matul il-lejl li għadda l-inħawi tal-Port Ħieles spiċċaw imniġġsa biż-żejt. Dan iż-żejt jidher illi ħareġ minn bastiment li kien sorġut fil-Freeport.

Stqarrija tal-Freeport ikkonfermat dan il-każ, u qalet illi saret ħidma ta’ tindif fil-baħar. Il-ħidma saret minn Malta Freeport Terminals, Cassar Ship Repair u Transport Malta.

It-tniġġis kien fiz-zona bejn Terminal 1 u Terminal 2. Iż-żejt ġie miżmum b’suċċess f’din iz-zona, u l-ebda bajja ma ġiet affetwata – għalkemm il-moniteraġġ għadu għaddej sa dalgħodu stess.

Il-Port Ħieles ħa l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.