Internazzjonali

It-Turkija: Mijiet ipproċessati dwar l-attentat għall-kolp ta’ stat

Fit-Turkija qegħdin jibdew il-proċessi għal madwar 500 persuna – fosthom eksmilitar u ċivili – li spiċċaw arrestati wara l-kolp ta’ stat fallut tas-sena l-oħra fil-pajjiż.

L-akkużati huma mixlija dwar sehem fil-kumplott u l-proċess qed jikkonċentra fuq l-iżviluppi fil-bażi tal-ajru ta’ Akinci li, skont l-allegazzjoni mill-Gvern Tork, serviet bħala l-kwartieri-ġenerali għall-golpisti.

Intant, l-akkużati qegħdin jidhru ġo bini tal-qorti barra l-kapitali, Ankara, biex iwieġbu għall-akkużi li jvarjaw minn attentat fuq il-ħajja tal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, sa każi ta’ omiċidju.

Dan hu l-akbar proċess relatat mal-kolp ta’ stat fallut fejn, f’Lulju tal-2016, suldati-ribelli kienu pruvaw jaħtfu l-poter fit-Turkija fost inkwiet li rriżulta f’madwar 250 ċivili maqtula.