Barcelona kkonfermaw ir-rapporti fil-midja u qalu li l-attakkant Neymar irid iħalli lill-klabb madankollu hu jitlaq biss jekk kemm-il darba klabb ieħor iħallas is-somma ta’ 222 miljun ewro.
Jidher li dan il-klabb li se jħallas din iċ-ċifra kbira se jkun dak ta’ PSG.
Nhar l-Erbgħa filgħodu Neymar dam biss nofs siegħa fis-sessjoni ta’ taħriġ u issa wieħed jistenna li PSG jħallsu din is-somma rekord biex jakkwistawh.
Jekk PSG jakkwistaw lil Neymar din tkun it-tieni aħbar tajba għalihom fi spazju ta madwar ġimgħa wara li l-Ħadd li għadda rebħu s-Super Cup Franċiża.
Fl-istaġun li ġej PSG se jippruvaw jirritornaw għar-rebħ wara li fl-istaġun li għadda kienu Monaco li rebħu l-kampjonat.
//= $special ?>