Bejn il-lejl tat-Tlieta u l-Erbgħa replica tal-flokk tal-ekscaptain leġġendarju ta’ Roma Francesco Totti intbagħat fl-ispazju.
Totti kellu karriera mill-aqwa ma’ Roma fejn dam jilgħab mat-tim tal-belt kapitali Taljana għal 28 sena u f’Mejju li għadda rtira mill-futbol u issa qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur fi ħdan il-klabb.
Bħala ringrazzjament il-klabb ta’ Roma għamel dan il-ġest partikolari. Il-flokk kien iffirmat minn Totti nnifsu u tpoġġa fil-vettura spazjali bl-isem ta’ ‘Vega’ qabel ma ntbagħat fl-ispazju.
//= $special ?>