Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton qal li qed jittama li la darba jerġa’ jirritorna l-kampjonat kemm hu kif ukoll it-tim jitjiebu biex jisfidaw lil Sebastian Vettel tal-Ferrari għar-rebħ tat-titlu mondjali.
Nhar il-Ħadd li għadda sar l-aħħar Grand Prix ta’ qabel il-waqfa tas-sajf u kien Vettel li ħareġ rebbieħ.
Grazzi għal din ir-rebħa Vettel kompla kabbar il-vantagg tiegħu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif għandu vantagg tajjeb ta’ 14-il punt fuq l-isfidant u rivali Hamilton fuq Mercedes li kellu jikkuntenta bir-raba’ post.
Hamilton kien se jtemm fit-tielet post imma ċeda lil sieħbu Valteri Bottas minħabba li dan tal-aħħar kien ċedielu aktar qabel.
F’kummenti li ta Hamilton qal li l-waqfa tas-sajf ġiet f’perjodu tajjeb. “Dan l-istaġun s’issa kien wieħed diffiċli kemm mentalment kif ukoll għat-tim tiegħi. Din il-waqfa se tgħina ħafna. Kemm jien kif ukoll it-tim se nagħmlu minn kollox biex la darba jerġgħu jibdew it-tlielaq inkunu lesti biex nisfidaw,” qal Hamilton.
Dan tal-aħħar temm billi qal li xorta waħda hu fiduċjuż li l-Mercedes u hu jirbħu t-titlu imma se tkun diffiċli. Hekk kif ninsabu f’nofs l-istaġun tal-Formula 1 wieħed jibda jagħmel l-ewwel analiżi tiegħu.
Ir-riżultati s’issa huma:
GP Awstralja: Vettel, Hamilton, Bottas
GP Ċina: Hamilton, Vettel, Verstappen
GP Bahrain: Vettel, Hamilton, Bottas
GP Russja: Bottas, Vettel, Raikkonen
GP Spanja: Hamilton, Vettel, Ricciardo
GP Monaco: Vettel, Raikkonen, Ricciardo
GP Kanada: Hamilton, Bottas, Ricciardo
GP Ażerbajġan: Ricciardo, Bottas, Stroll
GP Awstrija: Bottas, Vettel, Ricciardo
GP Renju Unit: Hamilton, Bottas, Raikkonen
GP Ungerija: Vettel, Raikkonen, Bottas
Tlielaq li fadal:
GP Belġju – 27 ta’ Awwissu
GP Italja – 3 ta’ Settembru
GP Singapore – 17 ta’ Settembru
GP Malasja – 1 ta’ Ottubru
GP Ġappun – 8 ta’ Ottubru
GP Stati Uniti – 22 ta’ Ottubru
GP Messiku – 29 ta’ Ottubru
GP Brażil – 12 ta’ Novembru
GP Abu Dhabi – 26 ta’ Novembru