Lokali

Il-PD jitlob lill-NAO jinvestiga

F’ittra lill-Awditur Generali il-Partit Demokratiku qed jitlob li l-uffiċċju tiegħu biex jinvestiga ghaliex meta l-ewwel kumpanija ma zammitx mal-kuntratt, il-poplu ma hax l-art lura fejn illum hemm Smart City.

Fl-ittra jinghad li l-Gvern f’ isem il-poplu ghad ghandu sehem minn dan l-izvilupp qed nisimghu illi partijiet minn din l-art qedin jibdlu l-idejn , u li l-ghazliet ghall-uzu ta’ din l-art qedin jinbidlu wkoll.

F’isem il-Partit Demokratiku, d-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia qalu wkoll li jixtiequ li l-Awditur Ġenerali jiggwida lill-Parlament fuq l-aħjar mod kif jigi mhares l-interess tal-poplu issa li se jkun hemm zieda sostanzjali fil-valur tal-art, minhabba li jidher li ser tintuza ghall-ispekulazzjoni.

Il-Partit Demokratiku qal li 11-il sena ilu art fil-Kalkara , ghaddiet ghand kumpanija privata ghal ghanijiet specifici u taht kundizzjonijiet partikolari. Kellu jitrawwem ‘ Smart City. ‘ L-ittra tgħid li huwa fatt maghruf li l-ghanijiet ghalfejn inghatat l-art ma ntlahqux u li l-kumpanija li ghamlet l-akkwist lanqas ma zammet mal-kundizzjonijiet li kienu ggarantewlha l-akkwist ta’ l-art.