Il-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni approva l-abbozz ta’ liġi li jiġġieled il-korruzzjoni fl-isport u li kien imħejji mit-Task Force imwaqqfa mill-MFA.
F’ittra lill-Presdient tal-MFA Norman Darmanin Demajo, id-deputati Nazzjonlaisti David Agius u Jason Azzopardi qalu li l-Grupp Parlamentari tal-PN approva dan l-abbozz mingħajr emendi u għalhekk l-Opożizzjoni hi lesta biex din il-liġi tkun ppreżentat fil-parlament.
Id-deputati Nazzjonalisti David Agius u Jason Azzopardi sostnew li wara li l-proċess iffinalizza l-abbozz issa wasal iż-żmien li mid-diskors ngħaddu għall-fatti u dan l-abbozz ikun liġi kemm jista’ jkun malajar.
Id-deputati Nazzjonalisti appellaw lill-President tal-MFA biex jitlob lill-gvern iressaq mingħajr aktar dewmien dan l-abbozz ta’ liġi quddiem il-parlament.
L-Oppożizzjoni lesta li tieħu l-inizjattiva u tippreżentah fil-parlament jekk ma jkunx hemm żviluppi sal-aħħar ta’ Awwissu 2017.
F’kull ċirkostanza l-Oppożizzjoni li lesta li tkun parteċipi bl-appoġġ u l-approvazzjoni ta’ dan l-abbozz ta’ liġi.
Fl-ittra tagħhom id-deputati Nazzjonalisti David Agius u Joe Azzopardi qalu li l-Oppożizzjoni tirriafferma l-impenn tagħha kemm għal didn il-liġi kif ukoll fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
//= $special ?>