Ftit il-barra mill-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa ġew installati lqugħ biex jipprevjenu milli ż-żejt li jkun qed iniġġes il-baħar tal-Freeport ma jinfirixx u jkun ta’ ħsara għall-għawwiema.
Fi stqarrija, il-Malta Freeport qal li dan l-ilqugħ twil 300 metru ġie installat għall-ewwel darba u l-kumpanija investiet aktar minn 30,000 ewro biex issir din il-protezzjoni għall-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa f’każijiet ta’ inċidenti fejn ikun hemm tniġġis tal-baħar biż-żejt mill-operaturi tal-bastimenti.
Din il-miżura protettiva tal-bajja saret wara li nhar it-Tnejn li għadda bastiment bil-kontejners f’Terminal 2 niġġes il-bajja ta’ Birżebbuġa flimkien mal-baħar tad-dawra, minkejja li s’issa għadu mhux konfermat x’kien il-kaġun ta’ dan.
Dawn l-ilqugħ se jkunu qegħdin jipprevjenu milli t-tniġġis jinfirexx fiż-żona fejn il-pubbliku jista’ jgħowm.
//= $special ?>


