Fl-ewwel nofs tas-sena 2017, kien hemm tnaqqis sostanzjali ta’ karti tal-flus foloz li ġew rrappurtati lill-Bank Ċentrali u tneħħew miċ-ċirkulazzjoni – total ta’ 442 karta.
Dan ifisser li t-total ta’ kwantita’ tal-flus li tneħħew miċ-ċirkulazzjoni jammonta għall-34% inqas mis-sitt xhur ta’ qabel. L-istess ammont ta’ flus foloz li nqabdu f’Malta meta mqabbla mal-bqija taż-żona Ewro, hi baxxa. It-total ta’ biċċiet ta’ flus foloz fiż-żona Ewro li nqabdu jammonta għall-331 elf karta, iġifieri l-ammont li nqbad f’Malta jiġi 0.13 fil-mija taż-żona Ewro.
F’dan l-ewwel nofs tas-sena, l-akbar ammont ta’ flus foloz kienu l-karit tal-għoxrin u l-ħamsin ewro, li jammontaw għall-73.5%. Madanakollu f’dan il-perjodu, kien hemm żieda fl-ammont ta’ karti ta’ flus foloz li nqbadu li huma biċċiet tal-20 u l-50 Ewro. Minn naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ karti foloz tal-10 Ewro li nqabdu.
//= $special ?>

