Lokali

Apparat mediku mhux sterlizzat – sitwazzjoni diffiċli fl-Isptar Mater Dei

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Appart mediku mhux qed ikun sterilizzat fl-isptar Mater Dei f’sitwazzjoni li qed ikollha effetti fuq il-pazjenti.

Fl-aħħar perjodu kien diskuss  il-kuntratt bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Vitals iżda sa minn Marzu 2017 is-Central Sterile Supply Department  (CSSD) fl-Isptar Mater Dei kienu qed jirrifjutaw li jisterilizzaw l-istrumenti li joħorġu mill-isptar bir-riżultat li l-impjegati tal-kura primarja qed jisterilizzaw l-istrumenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Is-sitwazzjoni hi waħda ineffiċjenti fejn f’diversi okkażjonijiet qed ikunu kanċellati appuntamenti tal-pazjenti minħabba li mhux qed ikun hemm biżżejjed strumenti sterilizzati, primarjament in-nail nippers.

Ħaddiema li tkellmu ma’ net news qed jistaqsu għaliex l-istrumenti mhux qed ikunu sterilizzati f’Malta meta f’Malta hawn postjiet fejn dan is-servizz jista’ jkun offrut, fosthom fi sptarijiet privati.

Mistoqsijiet oħra li qed jitqanqlu huma dwar jekk kienx hemm proċess ta’ offerti jew kwotazzjonijiet għal dawn is-servizzi jekk Vitals ingħatawx kuntratt dirett u jekk hux minnu li inxtara apparat mingħand Vitals  beix ikun jista’ jsir il-labeling fuq l-istrumenti sterilizzati.

Il-ħaddiema qed jistaqsu wkoll jekk il-ministru hux konxju li minħabba n-nuqqas ta’ dawn l-istrumenti u s-sistema preżenti ta’ sterelizzazzjoni, numru ta’ appuntamenti kellhom jitħassru.

Problema oħra li qed jiffaċċja s-settur tas-saħħa hi dik marbuta mal-apparat tas-sezzjoni tal-orthotic; li b’inqas minn E100,000 irid jagħti dawn is-servizzi lill-pazjenti.

Jirriżulta li bħalissa qed jintefqu madwar €200 għal kull par ta’ orthotics provduti. Jekk dawn isiru fid-djar, l-ispejjeż jitnaqqsu b’madwar E30  kull apparat.

Din is-sitwazzjoni diġà tressqet għall-attenzjoni tal-awtoritajiet għalkemm issa hu magħruf li dawn is-servizzi se jkunu provduti minn Vitals. Għal dan is-sservizz se jkun hemm ħlas u dewmien fil-perjodu sakemm is-servizz ikun pprovdut.