Elezzjoni Kap PN Lokali

Edwin Vassallo jappoġġja l-kandidatura ta’ Chris Said

Chris Said itenni l-pożizzjoni tiegħu favur free vote kull fejn meħtieġ

Nagħtikom kelmti, bija bħala Kap le ċara għall-abort u l-ewtanasja. Jien favur il-ħajja u nagħmel minn kollox biex inħarisha. Fuq suġġetti oħra etiċi u morali, nara li jkun hemm diskussjoni wiesgħa fil-partit u filkumitati sezzjonali u fil-fergħat kollha tal partit, imbagħad, kull fejn hemm bżonn, nagħti free vote lill-membri Parlamentari Nazzjonalisti. B’hekk inkunu qed nassiguraw li l-Partit Nazzjonalista jkun rappreżentattiv tal-ilwien differenti tas-soċjetà biex ikun partit inklussiv. Dan qalu l-kandidat għal Kap tal-PN Chris Said meta l-Erbgħa filgħaxija indirizza lill-attivisti tal-partit Nazzjonalista l-Imġarr, Malta.

Chris Said spjega kif hu jrid Partit Nazzjonalista li jħares il-valuri tassoċjetà tagħna, valuri li jpoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu, valuri li jirrispettaw mhux ikasbru d-dinjità tal-bniedem.

Il-kandidat għal Kap tal-PN spjega kif darba f’ġimgħa, kull ġimgħa, se jkun qed jaħdem minn lokalità differenti – man-nies, mal-familji, malgħaqdiet tal-lokalità u mal-attivisti tal-Partit Nazzjonalista.

Chris Said qal li jrid li mal-Partit Nazzjonalista terġa’ tasal – mhux nibqgħu partit li l-ewwel kelma li ngħidu tkun le, imma nsibu s-soluzzjonijiet għallproblem tan-nies.

Il-kandidat għal Kap tal-PN tkellem dwar iż-żieda fil-prezz tal-gass imħabbra din il-ġimgħa u ddeskriviha bħala piż ieħor u għafsa fuq ilpensjonanti u l-ħaddiema bi dħul baxx u medju. Il-pensjonanti tagħna jeħtieġ li nagħtuhom kwalità ta’ ħajja aħjar u pensjoni adekwata, mhux piżijiet żejda li jaqtawlhom nifishom, qal Chris Said.

Fl-Imġarr tkellem ukoll il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo li filwaqt li ddikjara l-appoġġ tiegħu għal Chris Said saħaq li lPartit Nazzjonalista jrid ikun xhieda ħajja tal-valuri li jsaħħu s-soċjetà Maltija. Edwin Vassallo qal li l-valuri Nsara huma importanti għal soċjetà b’saħħitha u jiżbalja l-Partit Nazzjonalista jekk iwarrab dawn il-valuri. Edwin Vassallo talab lil Chris Said biex bħala Kap tal-PN iħares dawn ilvaluri li jiddistingwu l-Partit Nazzjonalista mill-Partit Laburista, bi Chris Said jiddikjara li hekk se jagħmel.