Filmat li xxandar ftit tal-minuti ilu fuq il-midja soċjali, jidher trakk li qasam wrong-way minn triq arterjali.
It-trakk jidher ħiereġ miż-żona industrijali tal-Mrieħel u minflok jaqbad il-bypass fid-dirzzjoni ta’ Ħal-Qormi, is-sewwieq tat-trakk jaqsam il-bypass, jgħaddi wrong-way u jmur fuq il-karreġġjati tal-bypass lejn Ħ’Attard.
Hawnhekk is-sewwieq ħoloq konfużjoni, u fortunament ma’ seħħ l-ebda inċident serju.
Fl-istess żona fil-ġimgħat li għaddew seħħ inċident fatali fejn miet sewwieq ta’ mutur wara li ttajjar minn trakk.
Filmat: Selfish Drivers – Malta
//= $special ?>
