Elezzjoni Kap PN Lokali

“Hemm xi ħaġa ħażina fis-sistema edukattiva” – Frank Portelli

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li fis-sistema edukattiva hemm xi ħaġa ħażina li jeħtieġ tiġi rranġata.

F’filmat lill-media, Frank Portelli esprima tħassib dwar il-figura ta’ 60% ta’ studenti li weħlu mill-eżamijiet.

Fl-istess filmat, il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li hu jemmen li għandu jkun hemm sistema ġdida fit-tħaddim tar-revision of papers, fejn l-istudenti għandhom ikollhom id-dritt li għar-reviżjoni tal-karta jieħdu magħhom lil xi ħadd li jifhem, bħal ma jiġri f’każ li xi ħadd imur il-Qorti għall-appell.

Qal li t-tfal huma l-mimmi t’għajnejna u għalekk għandna nagħmlu minn kollox biex nedukawhom.