Matul dawn l-aħħar jiem il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione nieda sensiela ta’ laqgħa fil-każini tal-Partit Nazzjonalista bil-għan li jlaqqa u jiddjaloga ma kemm jista’ jkun kunsilliera u tesserati tal-Partit. Hawn huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien jemmen fl-importnaza tad-diskussjoni miftuħa u mifruxa u li dan kien punt ewlieni li kien jiddistingwih minn partiti politiċi oħrajn.
Perici Calascione tkellem fuq l-importanza li l-kap il-ġdid kellu jagħti għal dawk li jdawwar ruħu miegħu. Saħaq li hu ried idawwar ruhu b’nies li kienu “aħjar” minnu biex b’hekk ikun jista’ jieħu l-aħjar deċiżjonijiet. Huwa rid jara li l-Partit ikollu aċċess għall-aħjar ħassieba u juża l-aqwa riżorsi li jistgħu jwasslu biex jerġa jkun Partit Rebbieħ.
Il-kap il-ġdid tal-partit ser ikollu r-rwol immedjat ta’ kap tal-oppożizzjoni u eventwalment Prim Ministru ta’ Malta, waħda ma teskludix l-oħra u min qed jikkontesta din il-kariga jrid jara li jkun f’pożizzjoni li jservi b’suċċess fit-tlett każijiet. Għal Perici Calascione li titlef qatt ma kienet għażla. Huwa semma s-suċċess tat-tim tiegħu fit-tisħiħ tal-finanzi tal-Partit fejn twaqqaf id-dejn tal-Partit u fejn ġie assigurat li fl-aħħar elezzjoni ma kienx hemm telf finanzjarju u l-ispejjes tħalsu fil-ħin. Huwa nsista li fil-Partit kien hemm ħafna elementi tajbin, kemm bħala struttura kif ukoll bħala riżorsi umani. Li hemm bżonn hu li fejn hemm it-tajjeb dan jissaħaħ u fejn hemm bżonn ikun hemm tibdil dan isir minnufih u mingħajr biża. Bħal ma hemm it-tajjeb u l-ħażin f’kull struttura, wieħed kellu jkollu l-kuraġġ jibdel il-ħażin għat-tajjeb u jagħti dak li hu tajjeb aktar fiduċja biex ikompli jitkattar.
Meta mistoqsi fuq il-vlauri tal-Partit Nazzjonalista u fejn dawn kienu mexjin, Perici Calascione reġa saħaq li l-Partit Nazzjonalista bħal dejjem kellu jaraf li l-bniedem ikun fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni politika; il-bniedem fl-iżvilupp individwali tiegħu mingħajr distinzjoni. Dan kellu jsir dejjem mingħar diskriminazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-għażliet personali tal-individwu. Il-Partit Nazzjonalista jrid jifhem li biex tassew iwettaq din il-missjoni politika ħadd ma jista’ jiġi eskluss miċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni. “Hemm bżonn li l-Partit ikun żġur li qed jgħaraf is-soċjeta Maltija tal-ġurnata u għandu jkun b’ħarstu lejn il-futur biex tassew jispira u jaħdem biex iwettaq l-aspirazzjonijiet tal-poplu”, qal Perici Calascione.
//= $special ?>