Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-ħaddiema f’żjara li għamlet fl-impjant ta’ General Soft Drinks fil-Marsa.
Fl-impjant, il-President intlaqgħet miċ-Chief Operations Officer Maria Micallef u waqt iż-żjara ddawret mal-faċilitajiet ta’ General Soft Drinks, fosthom biex tkun tista’ tara mill-qrib il-proċess ta’ produzzjoni u ppakkjar.
Waqt iż-żjara tagħha, il-President kellha l-opportunità tiltaqa’ u titkellem mal-ħaddiema tal-kumpanija.
F’indirizz tal-okkażjoni, il-President irringrazzjat lill-kumpanija u l-ħaddiema għall-kontribut tagħhom fl-ekonomija Maltija. Faħħret ukoll ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpanija u l-appoġġ li din dejjem tat lil Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>